Major project to save the Chapel of the Annunciation in Siġġiewi
25/10/2023Bdew ix-xogħlijiet ta’ restawr u l-konsolidazzjoni taħt l-art tal-kappella storika tal-Lunzjata, fiż-żona magħrufa bħala Tal-Għolja tas-Siġġiewi, b’investiment ta’madwar €1.4 miljun.
Din il-kappella qed tiffaċċja r-riskju imminenti ta’ kollass, primarjament minħabba sfidi ġeoloġiċi u ġeomorfoloġiċi assoċjati mat-terren sottostanti tagħha. Tant hu hekk li parti mis-saqaf diġà ċediet, u s-saqaf irid jinħatt qabel jibda x-xogħol, biex ikun evitat ir-riskju li jkompli jċedi, b’periklu għall-ħaddiema.
Il-Perit Ivana Farrugia mid-Diviżjoni tar-Restawr u l-Preservazzjoni, spjegat li, l-ewwel prijorità f’dan il-proġett huwa li l-kappella jkollha sistema ta’ pedamenti strutturali taħt l-art komposta minn travi rinfurzati, munzelli u ankri sabiex jiġi evitat li jkun hemm saffi tal-ħamrija instabbli… Read more »