Messaġġ fuq is-sena tas-Saċerdoti minn Dun Ġużepp Mifsud Bonnici
06/10/2009Fid-19 ta’ Ġunju – festa tal-Qalb ta’ Ġesù – bdiet sena dedikata lis-saċerdoti skont ix-xewqa tal-Papa Benedittu XVI. Dan il-Papa għamlu fl-okkażjoni tal-150 anniversarju mill-mewt ta’ San Ġwann Marija Vianney li hu magħruf bħala l-Kurat t’Ars. Il-Papa jrid jagħti lis-saċerdoti importanza speċjali matul din is-sena u jrid juri lis-saċerdoti kemm iħobbhom u jixtieq jgħinhom biex jgħixu s-sejħa u l-missjoni tagħhom b’ferħ u entużjazmu.
L-isfida li għandhom is-saċerdoti hija li jkunu saċerdoti fi żminijiet tal-lum, li mhux jikkundannaw id-dinja ta’ madwarhom imma jsalvawha, bħal Ġesù li ma ġiex biex jikkundanna imma biex isalva… Read more »