News

ARCHBISHOP CONSACRATES MAIN ALTAR OF MADONNA TAl-ĦNIENA CHURCH

Waqt iż-żjara pastorali fiż-Żejtun, il-Ħadd 15 ta’ Novembru 2009, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP iċċelebra Quddiesa fil-Knisja tal-Madonna tal-Ħniena fejn ikkonsagra wkoll l-artal maġġur. Il-laqgħat tal-Arċisqof man-nies ser ikomplu matul din il-ġimgħa. Nhar il-Ħamis l-Arċisof se jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali. Kulħadd huwa mistieden li jattendi.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Read more »

NATIONAL CATECHETICAL CONFERENCE 2009 COMES TO AN END

Emerġenza Fidi Għaliex? …id-diskors ta’ Fr Rene Camilleri waqt il-Kungress Kateketiku Nazzjonali 2009

Jiena nqis bħala wieħed mill-iktar kapitli importanti, bażiċi tal-Konċilju Vatikan II, it-tieni kapitlu tal-Kostituzzjoni Dei Verbum fuq it-trasmissjoni tar-Rivelazzjoni Divina. Għax il-mod kif il-Knisja tittrasmetti, jirrifletti ħafna il-Knisja x’inhi, u viċi versa. Fin-numru 8, li iktar speċifikament jitkellem dwar it-tradizzjoni ta’ din ir-Rivelazzjoni, l-att ta’ kif il-Knisja tgħaddi b’mod ħaj dak li rċeviet, il-Konċilju jgħid li l-Knisja fid-duttrina, fil-ħajja u fil-liturġija tipperpetwa u tittrasmetti lil kull ġenerazzjoni dak kollu li hi, dak kollu li temmen… Read more »

ARCHBISHOP MEETS ZEJTUN YOUTH

Bħala parti miż-żjara pastorali fiż-Żejtun, il-Ġimgħa 13 ta’ Novembru 2009, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP ltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Adolexxenti u Żgħażagħ mill-parroċċa taż-Żejtun. Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm Fr Savio Vella, delegat tal-Arċisqof għaż-żgħażagħ u Dun Eric Overand, Arċipriet taż-Żejtun.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Read more »

World Youth Day Song Contest 2010

Following the success of the World Youth Day Song Contest 2009, which was held last April with the participation of 10 local bands, the Youth Diocesan Commission (KDZ) wishes to inform all Christian Bands that the fifth edition of this Contest is going to be held on Saturday, 27th February, 2010 at the Salesian Oratory in Sliema. This edition of the contest is the second one from a cycle of three that will lead to the 2010 WYD that will be held in Spain… Read more »

RTK’S FUNDRAISING CAMPAIGN: 566,000 EURO FOR CHARITY

Matul iż-żewġ kampanji organiżżati minn Radju RTK fi żmien il-Milied u nhar l-ewwel tas-sena, inġabru 566,000 Ewro.  Il-flus li nġabru, tqassmu lil ħames entitajiet differenti li huma: id-Dar tal-Providenza, l-Uffiċju Ċentrali Djar tat-Tfal ‘Ejjew Għandi’, it-Taqsima Refuġjati, id-Dar tal-Kleru u l-Familji fil-Bżonn mid-Djoċesi t’Għawdex. Il-preżentazzjoni tal-fondi saret mill-Arcisqof Pawlu Cremona OP, il-Ġimgħa 13 ta’ Novembru 2009.

L-ewwel kampanja kienet RTK – Familji fil-Bzonn u li minnha inġabru 45,400 Ewro, mis-semmiegħa ta’ Radju RTK bejn it-30 ta’ Novembru u l-21 ta’ Diċembru tas-sena li għaddiet.  … Read more »

BISHOPS AGAINST THE ADOPTION OF CHILDREN BY GAY COUPLES

Gay adoption

“For a child, the irreducible difference between the sexes of their parents is fundamental, it is the model that helps them shape their identity and find their right place among others”. This is the position of the French Catholic Church in regard to the decision rendered last Tuesday by the administrative Court of Besançon to grant a female homosexual couple the right to adopt a child… Read more »

ARCHBISHOP INAUGURATES ‘DAR JEAN VANIER’ IN ZEJTUN

L-Erbgħa, 11 ta’ Novembru 2009, ġiet inawgurata Dar Jean Varnier, it-tielet dar taħt it-tmexxija tal-Fondazzjoni Nazareth fiż-Żejtun, li tieħu ħsieb persuni b’diżabilita, bla vuċi, emarġinati u vulnerabbli fis-soċjeta. Id-dar ngħatat l-isem wara l-fundatur tal-Fondazzjoni Arche, għaqda internazzjonali għall-persuni b’diżabilita, fost oħrajn. L-Arċisqof Pawlu Cremona inawgura d-dar waqt li qal li hi fiha nnifisha messaġġ lill-Knisja biex tiftakar li l-funzjoni tagħha hi li twassal il-messaġġ t’Alla, messaġġ ta’ mħabba, lil kulħadd, inkluż lil dawk vulnerabbli u li qed ibatu… Read more »

FIRST BRITISH ANGLICANS HEADING TO ROME

Anglicans who have sought communion with Rome are giving a positive initial reaction to the apostolic constitution released.

In a report posted today on the Messenger Journal, the Great Britain province of the Traditional Anglican Communion said they are “the first to accept” the Vatican initiative.

The vote was unanimous including mail-in votes from those not present, and took place before the constitution was even released, the report explained… Read more »

ARCHBISHOP MEETS US AMBASSADOR

Il-Ħamis, 12 ta’ Novembru 2009, l-Ambaxxatur Amerikan għal Malta, Douglas W. Kmiec, għamel żjara ta’ kortesija lill-Arċisqof Pawlu Cremona OP. Din il-laqgħa saret fir-residenza tal-Arċisqof Ħ’Attard.

Ritratt: Photocity, Valletta Read more »

159 STUDENTS GRADUATE FROM THE PASTORAL FORMATION INSTITUTE

Nhar it-Tlieta, 10 ta’ Novembru 2009, fis-Seminarju tal-Virtu’ r-Rabat, saret iċ-Ċerimonja ta’ Gradwazzjoni ta’ 159 student u studenta li segwew jew temmew b’suċċess wieħed minn seba’ korsijiet mmexxija mill-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali. Din iċ-ċerimonja tmexxiet mill-Arċisqof Pawlu Cremona OP. Il-korsijiet kienu dawn:

Short Certificate in Evangelisation

Short Certificate in Christian Leadership II

Short Certificate in Missiology

Short Certificate in Catholic Social Teaching

Certificate in Spirituality

Short Certificate in Adolescent and Youth Ministry

Short Certificate in Catholic Religious Education

Nifirħu lill-gradwati! … Read more »