LOGOS organises a discussion on work, and the challenges of foreign workers in Malta
11/11/2025L-inizjattiva LOGOS se torganizza diskussjoni fis-26 ta’ Novembru mis-6pm sat-8:30pm fil-librerija tas-Seminarju tal-Arċisqof f’Tal-Virtù, ir-Rabat dwar il-prekarjetà tax-xogħol u l-isfidi tal-ħaddiema barranin f’Malta, li jammontaw għal 25% tal-forza tax-xogħol.
LOGOS hi inizjattiva li tgħin fil-ħolqien ta’ spazji ta’ djalogu bbażati fuq il-messaġġ Nisrani biex iqawwi t-tama fis-soċjetà Maltija, filwaqt li taqra s-sinjali taż-żminijiet u tiddiskuti temi li jolqtu lill-bniedem tal-lum. L-għan ewlieni ta’ LOGOS hu li jqajjem kuxjenza permezz ta’ attivitajiet ta’ diskussjoni sabiex titwassal it-tama ta’ Ġesù Kristu, u tiġi protetta d-dinjità tal-bniedem fis-soċjetà… Read more »














