BROKEN FAMILIES COST THE BRITISH GOVERNMENT 100 BILLION BRITISH POUNDS
10/11/2010Uffiċjal għoli fil-Gvern Ingliż stqarr li tfal minn familji mkissrin kellhom disa’ darbiet iktar ċans li jwettqu atti kriminali minn tfal oħrajn imrobbijin f’familji stabbli, waqt li kkwantifika l-ispiża tal-Gvern Ingliż minħabba t-tkissir tal-familji bħala £100 biljun.
F’indirizz li għamel lir-rappreżentanti ta’ ‘Relate’, għaqda karitattevoli nazzjonali li hi impenjata fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet umani, is-Segretarju tal-Istat għax-Xogħol u l-Pensjonijiet, Iain Duncan Smith, qal li t-tkissir taż-żwieġ wassal għal splużjoni fir-rata ta’ kriminalità, u ddupplikat iċ-ċans li persuna tgħix fil-faqar… Read more »