60 years of service to elderly priests
12/05/2024F’għeluq is-60 anniversarju mill-ftuħ tad-Dar tal-Kleru u t-twaqqif tal-Qaddejja taċ-Ċenaklu, Newsbook Malta ħejja dokumentarju qasir li jħares lejn il-ħajja tas-saċerdoti f’din id-Dar u s-sabiħ ta’ dawn il-vokazzjonijiet li jaqdu l-bżonnijiet materjali u spiritwali tal-qassisin.
Tista’ ssegwi dan id-dokumentarju speċjali hawnhekk:
Id-dokumentarju jlaqqgħana ma’ Sr. Lorna, l-aħħar tfajla li daħlet għal din il-missjoni, ma’ Sr Nikolina li hi responsabbli mill-mediċina, ma’ Sr. Glorianne li sibniha fil-kċina tipprepara l-ingredjenti għall-ħelu u ma’ Sr Fortunata li tiftakar sew lil fundatur Monsinjur Salvu Grima… Read more »