Baby Jesus amidst the wreckage: reminder of the war in the Holy Land
30/12/2023Ritratt: Kunvent Dumnikan tal-Lunzjata, il-Birgu (Facebook)
Fil-Knisja tad-Dumnikani tal-Lunzjata fil-Birgu intrama presepju b’differenza fl-isfond tal-gwerra li qed isseħħ fl-Art Imqaddsa, bil-Bambin ta’ Bethlehem taħt it-tifrik.
Il-konfigurazzjoni tal-presepju hi mimlija b’simboliżmu li jfakkar dak li qed iseħħ, bil-Bambin innifsu taħt il-bricks biex ifakkar li diversi tfal qegħdin jinqatlu jew jinstabu ħajjin taħt it-tifrik ta’ bini li nqered bil-bombi.
Il-Bambin jinstab ukoll iżolat mill-pasturi l-oħrajn, bid-distanza tal-Madonna u ta’ San Ġużepp tirrapreżenta l-ħafna ġenituri li spiċċaw ifittxu lil uliedhom qalb it-tifrik jew jibku t-telfa tagħhom… Read more »