WORLD DAY OF PRAYER FOR VOCATIONS
28/04/2012Il-Ħadd 29 ta’ April, il-Knisja tiċċelebra Jum il-Vokazzjonijiet. Fil-messaġġ tiegħu fl-okkażjoni tad-49 Jum Dinji ta’ Talb għall-Vokazzjonijiet, il-Papa Benedittu XVI ħeġġeġ mill-qalb lil dawk kollha responsabbli fil-Knisja u fil‑qasam tal‑edukazzjoni taż‑żgħażagħ sabiex jagħtu attenzjoni speċjali lil dawk il‑membri tal‑komunitajiet parrokkjali, assoċjazzjonijiet u movimenti ekkleżjali li jħossu fihom sejħa għas‑saċerdozju jew għal konsagrazzjoni speċjali. Il-Papa qal li “huwa importanti għall‑Knisja li toħloq dawk il‑kundizzjonijiet li jippermettu liż‑żgħażagħ jgħidu ‘iva’ bi tweġiba ġeneruża għas‑sejħa t’Alla kollha mħabba”… Read more »












