EMIGRANTS COMMISSION OFFERS MORE HELP TO REFUGEES
24/11/2011It-Taqsima Refuġjati tal-Kummissjoni Emigranti tifhem id-diffikultà li wħud mir-refuġjati li hawn Malta jsibu biex iħallsu s-somma ta’ 58 Ewro biex japplikaw għall-permess tax-xogħol. Huwa għalhekk li l-Kummissjoni għamlet l-arranġamenti meħtieġa biex dawk li ma jistgħux iħallsu din is-somma jkunu jistgħu jissellfuha jew almenu parti minnha.
Fl-istess waqt, il-Kummissjoni tixtieq tieħu din l-opportunità li tirringrazzja lill-Gvern f’isem il-kategoriji kollha tar-refuġjati li hawn Malta għad-deċiżjoni għaqlija li jħalli lir-refuġjati, lil dawk mogħtija Protezzjoni Sussidjarja u Protezzjoni Umanitarja Temporanja u lil Asylum Seekers, li jaħdmu bil-permess tax-xogħol… Read more »