FORGIVENESS IS EXPECTED NEXT
13/08/2011Il-laqgħa li l-Arċisqof kellu lbieraħ ma’ dawk li snin ilu soffrew abbuż minn żewġ saċerdoti meta kienu għal kenn f’dar tal-Knisja, kienet f’postha, meħtieġa, daqstant ieħor urġenti.
Din id-darba ħadd ma jista’ jakkuża l-Knisja li damet taħsibha. Għall-kuntrarju, hekk kif l-Arċisqof il-ġimgħa li għaddiet wiegħed li kien se jiltaqa’ ma’ dawn il-vittmi, dlonk żamm kelmtu, iltaqa’ magħhom wiċċ imb’wiċċ, u reġa’ qal li jiddispjaċih ħafna għal dak li ġara… Read more »