THE EPISCOPAL ORDINATION OF FR PROSPERO GRECH O.S.A.
21/01/2012Il-Provinċja Agostinjana ta’ Malta, b’kollaborazzjoni mal-Arċidjoċesi ta’ Malta, ħejjiet il-programm ta’ ċelebrazzjonijiet fl-okkażjoni tal-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Mons. Prospero Grech O.S.A. Għal dan il-għan twaqqaf kumitat sabiex jorganizza l-aspetti kollha ta’ dan l-avveniment.
Mons. Grech ser ikun ordnat isqof u ngħata t-titlu personali ta’ Arċisqof Titulari ta’ San Leone fil-Basilicata (Italja). Din is-sede veskovili twaqqfet fis-seklu XIV u kienet soppressa fl-1571. Lejn tmiem is-sekli XIV u l-bidu tas-seklu XV żewġ Agostinjani mexxew din id-djoċesi (Nicola de Lorenzo O.E.S.A u Geminiano Giovanni de Sochefani O.E.S.A)… Read more »