THE CONGREGATION OF BISHOPS ACCEPTS THE REQUEST FOR A NEW AUXILIARY BISHOP TO BE NOMINATED
05/05/2012Il-Kongregazzjoni tal-Isqfijiet f’Ruma laqgħet it-talba tal-Arċisqof ta’ Malta biex ikun nominat Isqof Awżiljarju ġdid. Dan stqarru l-Arċisqof Pawlu Cremona OP, waqt il-programm ta’ Radju RTK ‘Bir-Rispett Kollu’ li xxandar nhar it-Tlieta, l-1 ta’ Mejju. Il-programm kien ippreżentat minn Tonio Bonello.
“Nikkonferma li t-talba saret u kienet milqugħa wkoll,” tenna l-Arċisqof, “u issa jmiss li jibda l-proċess biex jintagħżel dan l-Isqof Awżiljarju ġdid”. Mons Cremona wera t-tama li l-Isqof il-ġdid ikun nominat din is-sena, “ma nafux biċ-ċert, imma nistenna li din l-għażla ssir din is-sena”… Read more »