Clarification regarding an article about EU food distribution
07/07/2012B’referenza għall-artiklu “Ma jafux min huma n-nies li jibbenefikaw”, ppublikat fil-ġurnal ‘l-Orizzont’, il-Ġimgħa 6 ta’ Lulju 2012, dwar it-tqassim tal-ikel li jiġi mill-Unjoni Ewropea, l-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Kurja tal-Arċisqof jixtieq jippreċiza dan li ġej.
Il-Kappillani Maltin kienu mitluba biex permezz tal-organizzazzjoni tagħhom fil-parroċċi, jitqassam l-ikel li jingħata bħala parti minn skema ta’ għajnuna offruta mill-Unjoni Ewropea. Il-Kappillani aċċettaw li jqassmu dan l-ikel għax fehmu li jistgħu jkunu ta’ servizz lil min hu fil-bżonn, anke jekk jiġu kkritikati minn xi wħud li jidhrilhom li jmisshom jieħdu dan l-ikel u li ma jieħduhx għax mhumiex intitolati għalih… Read more »