436 DIVORCE APPLICATIONS IN THE FIRST SIX MONTHS
28/04/2012Minn mindu daħlet fis-seħħ il-liġi tad-divorzju f’pajjiżna fl-1 ta’ Ottubru li għadda sa l-aħħar ta’ Marzu ta’ din is-sena, jiġifieri f’perjodu ta’ sitt xhur, quddiem il-Qrati ta’ Malta u Għawdex saru b’kollox 436 applikazzjoni għad-divorzju. Dan skont tagħrif mogħti mill-Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja lil IL-ĠENSillum online.
Fl-ewwel tlett xhur li l-liġi kienet fis-seħħ, jiġifieri bejn l-1 ta’ Ottubru u l-31 ta’ Diċembru 2011, quddiem il-Qrati ta’ Malta kienu daħlu b’kollox 242 applikazzjoni għad-divorzju, waqt li ġimgħa wara daħlet il-liġi, kienu diġà daħlu 20 applikazzjoni għad-divorzju… Read more »