Statement by the Cana Movement
10/08/2012Il-Moviment ta’ Kana jilqa’ l-Ittra Pastorali tal-Isqfijiet taghna, Mons P. Cremona O.P. u Mons. M. Grech, fid-dawl tad-diskussjoni u l-konsultazzjoni li ghaddejja bhalissa f’pajjizna dwar l-Abbozz tal-Att tal-Protezzjoni tal-Embrijuni Umani.
Il-Moviment ta’ Kana:
- Jemmen li, l-bniedem mhux ‘prodott’ u lanqas ‘oggett’. Il-bniedem huwa frott l-ghotja shiha u totali tar-ragel u l-mara fiz-zwieg permezz tar-rabta konjugali taghhom. Jikkonsidra li huwa uman sa mill-ewwel mument tat-tnissil u ghalhekk jisthoqqlu l-harsien u l-protezzjoni kollha taghna;
- Ilu zmien twil jifhem u jghin lil dawk il-koppji li ghandhom problema ta’ infertilita’, u lest li joffri s-support mehtieg lil dawn il-koppji permezz tas-Support Group Wanting and Waiting;
- Konxju tal-fatt li, f’pajjizna ghandna numru ta’ koppji bla ulied, izda dan ma jfissirx li huma familji inqas mill-ohrajn jew li l-missjoni taghhom falliet. …