Oħloq Tbissima Marathon – ‘We were working for one purpose’
06/08/2012Il-Maratona Oħloq Tbissima, maratona ta’ 60 siegħa xandir live b’risq is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP), għadha kif intemmet.
Is-sittin siegħa kienu mimlija attivita. Il-pubbliku ipparteċipa f’quddies, rużarju u mumenti oħra ta’ talb. Segwa wkoll filmati esklussivi, djalogu dirett mal-missjunarji permezz ta’ Skype, diskussjonijiet, interviszi mal-voluntiera li akkumpanjaw lil-President ta’ Malta Dr. George Abela fl-esperjenza missjunarja fil-Peru fix-xahar ta’ Lulju, Rokna għat-tfal, Musichiere, Il-Festival Żifna mal-Istilel u diversi varjetajiet immirati biex jolqtu l-gosti tal-familja kollha, fejn wieħed seta’ japprezza l-livell għoli tat-talent Malti u Għawdxi… Read more »