New Diocesan Office for Voluntary Work
06/12/2012Nhar l-Erbgħa 5 ta’ Diċembru 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. inawgura uffiċċju ġdid fil-Kurja tal-Arċisqof li se jkun qiegħed jikkordina l-ħidma tal-volontarjat li qed issir fil-Knisja u jkompli joħloq għarfien dwar il-valur tal-volontarjat. L-Uffiċċju se jitmexxa mill-voluntiera, li ser joffru servizz kontinwu lill-entitajiet tal-Knisja bil-għan li tissaħħaħ l-organizzazzjoni u l-koordinazzjoni tal-volontarjat fid-Djoċesi ta’ Malta.
Il-ħidma ta’ dan l-Uffiċċju, li se jitmexxa minn persuni volontarji, huma:
- li joħloq sensibilità għall-valur tal-volontarjat fost il-pubbliku;
- jiġbor data tal-persuni volontieri fi ħdan il-Knisja, u jżommha aġġornata;
- jiġbor informazzjoni tal-ħtiġijiet għall-volontarjat li hemm fid-diversi entitajiet fi ħdan il-Knisja f’Malta u jżommha aġġornata;
- jilqa’, jipproċessa, u jindirizza t-talbiet li jsiru għall-volontarjat jew tal-ħtiġijiet għall-volontarjat;
- jieħu ħsieb il-proċess ta’ reklutaġġ ta’ volontiera ġodda (tal-iscreening tagħhom) u tal-formazzjoni tagħhom, biex ikunu imħejjija għall-volontarjat li ser joffru;
- jorganizza induction course (wieħed jew tnejn) kull sena għall-volontiera ġodda;
- joħloq programm ta’ formazzjoni permanenti għall-volontiera fi ħdan il-Knisja f’Malta;
- jieħu ħsieb jagħmel budget ta’ kull sena u jsegwi l-aspett finanzjarju tal-proġett;
- jagħmel rapport annwali tal-andament tal-proġett u jippreżentah lis-Segretarju Pastorali…