Young ‘graduates’ hoping for a better future
17/07/2012Il-motto ta’ l-aħħar ‘gradwazzjoni’, jew aħjar ‘Lejla ta’ Solidarjetà’, li saret fil-kumpless San Blas, il-Ħamis, 5 ta’ Lulju li għadda kien “fejn hemm il-ħajja, hemm it-tama”. Is-serata rat 22 żagħżugħ u żagħżugħa ‘jiggradwaw’ wara li temmew kors ta’ rijabilitazzjoni mid-dipendenza tad-droga f’dan iċ-ċentru mmexxi mill-CARITAS.
Mons Victor Grech, Direttur tal-CARITAS, fid-diskors tiegħu rabat it-tama ma’ dik li hu sejjaħ “il-kultura tal-ħajja” u ħeġġeġ lil dawk preżenti biex “innisslu fit-tfal minn ċkunithom, fil-familja u fl-iskejjel” din il-kultura tal-ħajja… Read more »