50 years since the Encyclical ‘Pacem in Terris’
11/04/2013Illum, 11 ta’ April 2013, jaħbat il-50 anniversarju mill-Enċiklika tal-Papa Ġwanni XXIII Pacem in Terris. Dan l-anniversarju jfakkarna fis-sehem essenzjali tad-drittijiet tal-bniedem sabiex jieqaf kull forma ta’ konflitt vjolenti.
Il-valuri prinċipali li din l-enċiklika ssemmi – id- djalogu, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-promozzjoni tad-drittijiet tal-persuni u d-dmirijiet li jġibu magħhom – jistidnuna nirriflettu biex nifhmu l-kawżi u l-konsegwenzi tal-vjolenza. Dawn il-valuri jagħtu tama ġdida lil dawk kollha li qed ibatu minħabba l-vjolenza… Read more »