Live-In for Parish Priests 2013
09/01/2013Bejn il-bieraħ, it-Tlieta 8 ta’ Jannar, u għada, il-Ħamis 10 ta’ Jannar 2013, il-kappillani tas-70 parroċċa f’Malta jinsabu miġbura fis-Seminarju tal-Arċisqof għal-Live-in ta’ tlett ijiem. L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u l-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna qed jattendu wkoll għal dan il-live-in flimkien mal-kappillani. Din is-sena, il-kappillani qed jirriflettu fuq it-tema “Int imbagħad meta terġa lura għas-sewwa, wettaq lil ħutek”, li hija silta mill-Vanġelu ta’ San Luqa, magħżula b’mod partikolari għal din is-Sena tal-Fidi… Read more »