Faith at the place of work
13/02/2013Nhar it-Tlieta 12 ta’ Frar 2013, sar seminar organizzat mill-Kummissjoni Pastorali fid-Dinja tax-Xogħol bit-tema, ‘Il-fidi u l-post tax-xogħol’. Il-kelliema f’dan is-seminar kienu s-Sinjura Veronique Farrugia (EO tal-Koperattiva Rurali), is-Sinjur Narcy Abdilla (Bank Ċentrali) u Dr John Cachia (Kummissarju għas-saħħa mentali u anzjani). Fil-konkluzjoni tas-seminar, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. wassal il-messaġġ tiegħu dwar ir-rwol tan-Nisrani li kulturalment jbiddel ir-realta’ ta’ madwaru, fejn fisser kif fuq il-post tax-xogħol, l-aċċenn għandu jkun fuq il-ħaddiem għaliex dan huwa xbieha ta’ Alla… Read more »