Memorandum by Cana Movement and the Diocesan Commission for the family
25/02/2013MEMORANDUM GĦALL-PARTITI POLITIĊI – ELEZZJONIJIET ĠENERALI 2013
- Il-Kummissjoni Djoċesana Familja u l-Moviment ta’ Kana jemmnu bis-sħiħ li l-familja mibnija fuq iż-żwieġ dejjiemi bejn raġel u mara toffri l-aktar stabbiltà u għalhekk huwa fl-aħjar interess tal-ulied u tas-soċjetà. Familji b’saħħithom jagħmlu soċjetà b’saħħitha u l-Istat għalhekk għandu l-obbligu li jsaħħaħ il-familja.
- Socjetà li tassew tagħraf il-kontribut tal-familja bħala patrimonju naturali u soċjali għandha tiddefendi bl-aktar mod ċar il-familja u tagħmel għażla preferenzjali favur iż-żwieġ dejjiemi bejn mara u raġel u dan mhux biss b’dikjarazzjonijiet, imma b’politika effettiva favur iż-żwieġ u l-familja…