Archbishop meets members of the ‘Vote 16’ committee
02/07/2013Nhar it-Tlieta, 2 ta’ Lulju 2013, l-Arcisqof Pawlu Cremona O.P. laqa’ lill-Onor Josè Herrera, Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Kunsilli Lokali, flimkien ma’ uħud mill-membri tal-kumitat responsabbli mill-kampanja ‘Vot 16’. Il-laqgħa saret fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana.
Matul il-laqgħa, l-Onor. Herrera spjega li din l-inizjattiva għandha twassal biex żgħażagħ ta’ 16-il sena ikollhom dritt bil-liġi li jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.
L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., filwaqt li wera l-apprezzament tiegħu għax-xogħol li qed isir, saħaq fuq l-importanza li kampanja bħal din tinkludi wkoll inizjattivi li joħolqu għarfien fost l-adoloxxenti, dwar ir-responsabbilta’ li deħlin għaliha… Read more »