News

1,319 Church Marriages in Malta during 2013

  • 1,319 Church Marriages in Malta during 2013
  • In-numru ta’ żwiġijiet fil-Knisja li ġew irreġistrati fl-Arċidjoċesi ta’ Malta għas-sena 2013 kien ta’ 1,319. Mit-total ta’ żwiġijiet rreġistrati fl-2013, 1,136 żwieġ kienu bejn Maltin. Kien hemm ukoll 62 żwieġ bejn Maltin u barranin. Dawn kienu mqassmin hekk: 32 żwieġ bejn Kattoliċi Maltin u Kattoliċi barrani; 19 żwieġ bejn Kattoliċi Maltin u Insara mhux Kattoliċi barranin; 11-il żwieġ ta’ Maltin ma’ barranin li mhumiex Insara…
  • Read more »

Anniversary of Archbishop Paul Cremona’s Episcopal Ordination

  • Anniversary of Archbishop Paul Cremona’s Episcopal Ordination
  • L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ser jiċċelebra s-seba’ anniversarju tal-ordinazzjoni episkopali tiegħu b’Quddiesa Konċelebrata ta’ Radd il-Ħajr fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, nhar il-Ħadd 19 ta’ Jannar 2014, fil-5.30 p.m. Is-saċerdoti kollha huma mistiedna jikkonċelebraw u kulħadd huwa mistieden jattendi.

    Ċirkulari tal-Kurja maħruġa minn Mons. Charles J. Scicluna, Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali, tħeġġeġ ukoll lill-membri tal-Knisja biex fil-jum proprju ta’ dan l-anniversarju, jiġifieri il-Ħadd 26 ta’ Jannar, l-Insara jiftakru b’mod speċjali fir-Ragħaj Spiritwali u fl-intenzjonijiet tiegħu, fit-talb tagħhom…

  • Read more »

Live-in tal-Kappillani 2014

  • Parish Priests live-in 2014
  • Il-Kappillani tas-70 parroċċa f’Malta qed jattendu għal-Live-in li qed isir fis-Seminarju tal-Arċisqof, tal-Virtù, ir-Rabat. Dan il-live-in beda l-bieraħ, it-Tlieta 14 ta’ Jannar, u jintemm għada, il-Ħamis 16 ta’ Jannar 2014. Flimkien mal-kappillani qed jattendi wkoll l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. F’dan l-appuntament annwali, il-kappillani jiddiskutu temi importanti tal-ħidma pastorali, filwaqt li jaqsmu flimkien mumenti ta’ talb. It-tema magħzulha għal-live-in ta’ din is-sena hi ‘Il-pastorali mal-Familja f’rabta mas-Sagramenti tal-Inizzjazzjoni”…
  • Read more »

The Archbishop meets the children who attend the Catechetical Centre and the catechists of Stella Maris Parish

  • The Archbishop meets the children who attend the Catechetical Centre and the catechists of Stella Maris Parish
  • Nhar it-Tnejn, 13 ta’ Diċembru 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. żar iċ-Ċentru Kateketiku tal-parroċċa ta’ Stella Maris, tas-Sliema. Iltaqa’ mat-tfal li jattendu dan iċ-Ċentru, kif ukoll mal-membri tal-Kummissjoni Kateketika u il-katekisti.

    Biex issegwi l-attivitajiet tal-Arċisqof waqt iż-Żjara Pastorali, agħfas hawn

  • Read more »

Week of Prayer for Christian Unity

  • Week of Prayer for Christian Unity

  • Il-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara din is-sena ser issir bejn it-18 u l-25 ta’ Jannar. L-għan ta’ dan it-talb hu li jingħelbu l-firdiet fost l-Insara ta’ Knejjes differenti. It-tema għal din is-sena hi “Jaqaw Kristu mifrud?”…

  • Read more »

The Archbishop to meet Married and Engaged Couples

  • The Archbishop to meet Married and Engaged Couples

  • Nhar is-Sibt 18 ta’ Jannar, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ser jiċċelebra Quddiesa għal dawk il-koppji li żżewġu matul l-2013. Din iċ-ċelebrazzjoni ser issir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fis-6:30 p.m…

  • Read more »