Pope Francis’ Apostolic Exhortation in Maltese
15/04/2014- Pope Francis’ Apostolic Exhortation in Maltese
- Is-Segretarjat tal-Lajċi tal-Knisja f’Malta f’kollaborazzjoni mad-Djoċesi ta’ Għawdex qed joffri l-verżjoni bil-Malti tal-ewwel Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa Franġisku, Evangelii Gaudium (Il-Ferħ tal-Vanġelu). It-traduzzjoni ta’ dan id-dokument mit-test oriġinali Taljan saret wara xhur ta’ ħidma minn Francesco Pio Attard, bl-għajnuna ta’ Joe Farrugia u Vivienne Attard. L-Eżortazzjoni Appostolika Evangelii Gaudium, maqsuma fuq ħames kapitli, hi meqjusa wieħed mill-aktar dokumenti importanti miktub minn Papa f’dawn l-aħħar snin, u fiha l-Papa Franġisku joffri dak li jista’ jissejjaħ il-programm tal-pontifikat tiegħu…