Opening of St Francis Home in Żejtun
30/07/2024L-Arċisqof Charles Scicluna jinawgura u jbierek Dar San Franġisk, ir-raba’ dar fil-komunità fiż-Żejtun għall-persuni b’diżabilità mmexxija mill-Fondazzjoni Nazareth. Attendew ukoll il-Prim Ministru Robert Abela u s-Sinjura Abela, il-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca, u l-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia Portelli fost l-oħrajn.
Is-serata bdiet b’quddiesa ta’ radd il-ħajr lil Alla mmexxija mill-Arċisqof Scicluna fil-knisja parrokkjali taż-Żejtun. Miegħu kkonċelebraw Dun Anġ Seychell, il-fundatur ta’ Fondazzjoni Nazareth; Dun Martin Micallef, il-Vigarju Episkopali għad-Djakonija; Dun Anton Galea-Scannura u Dun Bernard Micallef, Kappillan u Viċi Kappillan tal-parroċċa taż-Żejtun; u Dun Michael Galea, Direttur ta’ Fondazzjoni Arka f’Għawdex… Read more »