Thanksgiving Mass on the 40th anniversary from the episcopal ordination of Archbishop Joseph Mercieca
30/09/2014-
Nhar it-Tnejn 29 ta’ Settembru 2014, ġiet iċċelebrata Quddiesa ta’ radd il-ħajr lil Alla, fil-Katidral tal-Imdina, fl-okkażjoni tal-40 anniversarju mill-ordinazzjoni episkopali tal-Arċisqof Emeritu, Mons. Ġużeppi Mercieca. Il-Quddiesa tmexxiet mill-Arċisqof Pawlu Cremona OP. In-Nunzju Appostoliku, Mons. Aldo Cavalli, l-Isqof Mario Grech, l-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna u l-Isqof Joe Alessandro O.F.M. Kapp. ikkonċelebraw, filwaqt li l-Arċisqof Ġużeppi Mercieca assista matul il-Quddiesa.
Għal din l-okkażjoni, l-Arċisqof Cremona, f’isem il-Knisja, ippreżenta donazzjoni ta’ flus b’risq il-fond ta’ karità ta’ Mons…