New Archpriest for Naxxar Parish
16/10/2014-
L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun David Gauci bħala Arċipriet tal-parroċċa Marija Bambina, in-Naxxar.
Dun David Gauci twieled fit-2 ta’ Marzu 1965. Huwa rċieva l-edukazzjoni primarja u sekondarja fl-iskola St Monica u fis-Seminarju Minuri, Tal-Virtù, u l-edukazzjoni post-sekondarja fil-Kulleġġ Stella Maris, il-Gżira. Kompla l-istudju terzjarji (Filosofija u Teoloġija) fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta.
Dun David ġie ordnat saċerdot fit-8 ta’ Lulju 1994…