A delegation from the Maltese Association of Autism and from ‘Id-Dar tal-Providenza’ attend an International Conference at the Vatican
28/11/2014-
Delegazzjoni mill-Assoċċjazzjoni Maltija tal-Awtiżmu u mid-Dar tal-Providenza kienet fost il-madwar sitt mija u ħamsin parteċipant minn seba’ u ħamsin pajjiż li attendew għad-29 Konferenza Internazzjonali li saret fis-Sala l-ġdida tas-Sinodu fil-Belt tal-Vatikan bit–tema: “Il-Persuna bl-Awtiżmu. Nibnu t-tama”. Il-Konferenza kienet organizzata mill-Kunsill Pontifiċju għall-Ħaddiema tal-Qasam tas-Saħħa u saret bejn l-20 u t-22 ta’ Novembru. Din il-konferenza ntemmet b’laqgħa mill-isbaħ tal-Papa Franġisku mhux biss mal-parteċipanti kollha imma wkoll ma’ għadd kbir ta’ persuni bil-kundizzjoni tal-awtiżmu u l-ġenituri tagħhom…