1,387 żwieġ fil-Knisja f’Malta fis-sena 2014
17/01/2015-
In-numru ta’ żwiġijiet fil-Knisja li ġew irreġistrati fl-Arċidjoċesi ta’ Malta fis-sena 2014 kien ta’ 1,387, żieda marġinali fuq iż-żwiġijiet irreġistrati fl-2013.
Mit-total ta’ żwiġijiet rreġistrati fl-2014, 1,183 żwieġ kienu bejn Maltin. Kien hemm ukoll 53 żwieġ bejn Maltin u barranin. Dawn kienu mqassmin hekk: 29 żwieġ bejn Kattoliċi Maltin u Kattoliċi barrani; 20 żwieġ bejn Kattoliċi Maltin u Insara mhux Kattoliċi barranin; 4 żwiġijiet ta’ Maltin ma’ barranin li mhumiex Insara…