The President of the Theological Commission attends a meeting of Doctrinal Commissions of European Bishops
20/01/2015-
-
Il-Professur Dun Hector Scerri, il-President tal-Kummissjoni Teoloġika tal-Konferenza Episkopali Maltija, ħa sehem f’laqgħa importanti organizzata mill-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi għall-Presidenti tal-Kummissjonijiet Dottrinali tal-Konferenzi Episkopali tal-Ewropa. Il-laqgħa saret fil-belt storika ta’ Esztergom ġewwa l-Ungerija mit-12 sal-15 ta’ Jannar.
-
-
Għal din il-laqgħa kienu preżenti l-Kardinal Gerhard Müller, il-Prefett tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi u Uffiċjali oħra tal-istess Dikasteru tal-Kurja Rumana, tliet Kardinali oħra, u aktar minn għoxrin Isqof-President tal-Kummissjoni Dottrinali ta’ pajjiżi Ewropej…