The Church in Malta welcome three new candidates for the priesthood
16/02/2015-
Nhar il-Ħadd 15 ta’ Frar 2015, tliet seminaristi talbu lill-Knisja sabiex tilqagħhom uffiċjalment bħala kandidati għall-Ordni tad-Djakonat u tal-Presbiterat waqt konċelebrazzjoni li tmexxiet mill-Isqof Charles J. Scicluna, fil-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, il-Gżira.
It-tliet seminaristi, li bħalissa jinsabu fil-ħames sena tal-formazzjoni fis-Seminarju tal-Arċisqof, huma Sinclair Bugeja mill-Parroċċa tal-Familja Mqaddsa, l-Iklin, Ryan Lee Pace mill-Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Gżira, u Mark Spiteri mill-Parroċċa ta’ San Filep, Ħaż-Żebbuġ…