The Church’s commitment with persons in need
04/11/2014-
Sitt entitajiet tal-Knisja bbenefikaw minn total ta’ €51,955 li nġabru fis-70 parroċċa ta’ Malta f’Jum il-Karità, fl-4 ta’ Mejju li għadda. Dawn id-donazzjonijiet ġew ippreżentati llum, it-Tlieta 4 ta’ Novembru 2014, mill-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku sede vacante, waqt laqgħa li saret fil-Kurja tal-Arċisqof.
Din l-offerta tal-poplu Nisrani ser tgħin lil dawk l-entitajiet tal-Knisja li jaħdmu ma’ persuni fil-bżonn, fosthom it-tfal, l-anżjani, il-familji, il-persuni b’dizabilità u r-refugjati…