The Archbishop leads the traditional pilgrimage of St Gregory
08/04/2015-
L-Erbgħa 8 ta’ April 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa pellegrinaġġ tradizzjonali ta’ San Girgor fiż-Żejtun. Il-Pellegrinaġġ telaq mill-Kappella ta’ San Klement u wara waqfa fil-knisja Parrokkjali, il-pellegrinaġġ kompla għall-Knisja ta’ San Girgor. Hemmhekk Monsinjur Arċisqof iċċelebra Quddiesa.
- L-Omelija tal-Arċisqof fil-Quddiesa tal-Pellegrinaġġ ta’ San Girgor
-
8 ta’ April 2015
Iż-Żejtun
Matul din il-ġimgħa, li l-Knisja tqisha bħala jum wieħed, il-jum tal-Għid, nisimgħu r-rakkonti tal-laqgħat li Ġesù kellu wara l-irxoxt fejn deher lil diversi dixxipli.
Illum imiss ir-rakkont tal-laqgħa li saret propju fil-jum ta’ Ħadd il-Għid filgħaxija, ma’ żewġ dixxipli li għalkemm semgħu l-aħbar li rxoxta, kellhom diffikultà li jemmnuha…