Bishop Mario Grech addresses the first session of the Diocesan Assembly of the Church in Malta
21/11/2015-
Nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Novembru 2015, l-Isqof t’Għawdex Mario Grech kien mistieden biex jitkellem fl-ewwel sessjoni tal-Assemblea Djoċesana 2015, fejn tkellem dwar l-esperjenza tiegħu fis-Sinodu tal-Familja u qasam ir-riflessjonijiet tiegħu dwar l-impenn tal-Knisja lokali f’dan ir-rigward.
L-Isqof Grech tkellem dwar Knisja li għandha tkun ta’ akkumpanjament għal dawk il-familji li jinsabu fil-periferija tal-Knisja. Hu qal li m’għandniex nikkuntentaw bir-riċetti tal-lbieraħ iżda li nevalwaw u nħarsu lejn ir-realta’ x’inhi…














