Proposals addressed to civil society and Government, inspired by the Encyclical Laudato Si’ – Environment Commission
05/12/2015-
Nhar il-Ġimgħa, 4 ta’ Diċembru 2015, bdiet konferenza ta’ jumejn organizzata mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent. Fil-konferenza bit-tema “Laudato Si’: mid-Dokument għall-Azzjoni”, rappreżentanti ewlenin tal-Istat u tal-Knisja iddiskutew għadd ta’ proposti ispirati mill-Enċiklika dwar l-ambjent tal-Papa Franġisku. Fl-ewwel sessjoni ġew diskussi numru ta’ proposti li l-Kummissjoni Ambjent ressqet għar-riflessjoni u għall-azzjoni min-naħa taċ-ċittadini Maltin u tal-Gvern. Il-konferenza ġiet indirizzata mill-Arċisqof Charles J. Scicluna, filwaqt li l-membri tal-panel kienu jinkludi l-Onor…














