Il-Kummissjoni Emigranti tixtieq tavża li l-Ewwel Tqarbina u l- Grizma tal-Isqof għall-ulied ta’ emigranti Maltin matul ix-xhur tas-sajf se tinżamm nhar:
L-Erbgħa 29 ta’ Lulju
L-Kummissjoni Emigranti tavża li biex ulied l-Emigranti jkunu jistgħu jersqu għal dawn is-Sagramenti jkun meħtieġ:
1. li t-tfal ikollhom seba’ snin magħluqa għall-Ewwel Tqarbina u tnax il-sena magħluqa għall-Griżma tal-Isqof.
2. li jippreżentaw iċ-ċertifikati:
- tal-Magħmudija
- tal-Ewwel Tqarbina jekk tkun ser issir il-Griżma
3. permess bil-miktub tal-Kappillan tal-Parroċċa tagħhom barra minn Malta…