Is-saċerdoti djoċesani u reliġjużi, flimkien mal-Arċisqof Charles J. Scicluna, qed jattendu għal Kors ta’ Aġġornament li qed isir fis-Seminarju tal-Arċisqof, tal-Virtù. Dan il-kors ta’ aġġornament teoloġiku u pastorali għall-kleru beda nhar it-Tnejn 8 ta’ Ġunju 2015, u jintemm għada, il-Ħamis. L-għan ewlieni ta’ dan il-kors hu li joffri lis-saċerdoti opportunità ta’ riflessjoni, diskussjoni u djalogu dwar temi kurrenti relatati mat-teoloġija, mal-ħidma pastorali tal-knisja, u ma’ temi oħra kulturali, ekonomiċi u soċjo-politiċi…