Caritas Malta tixtieq tieħu l-opportunità u tirringrazzja lill-poplu Malti u Għawdxi tas-solidarjetà li wera mal-vittmi tan-Nepal wara t-traġedja tat-terremot. Is-somma miġbura hija ta’ €67,762. Din is-somma se tintbagħat lill-Caritas Internationalis u l-flus se jintużaw fi proġetti flimkien ma’Caritas Nepal.
Caritas Internationalis tirrifletti l-missjoni soċjali u l-valuri tal-Knisja Kattolika. Xahar wara t-traġedja, Caritas Internationalis għenet madwar 104,975 persuna li jammontaw ċirka ta’ 21,000 familja, inklużi wkoll żoni rurali…