Appointment of a new Bishop of Tripoli
10/07/2015- Il-Ġimgħa 10 ta’ Lulju 2015, f’nofsinhar, fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu f’Għawdex, l-E.T. Mons. Mario Roberto Cassari, Nunzju Appostoliku għal Malta u l-Libja, fil-preżenza tal-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex u President tal-Konferenza Episkopali Maltija, ta’ Patri Richard Grech, Provinċjal tal-Patrijiet Franġiskani Minuri Maltin, u tal-kleru Għawdxi, ikkomunika l-aħbar li l-Papa Franġisku għadu kemm ħatar lir-Reverendu Patri George Bugeja OFM, Superjur tal-Kunvent ta’ Sant’Antnin ta’ Padova f’Għajnsielem (Djoċesi ta’ Għawdex), bħala Isqof Koadjutur tal-Vigarjat Appostoliku ta’ Tripli…