The Archbishop receives the Pallium from the Pope
26/06/2015-
- L-Arċisqof Charles J. Scicluna llum ser iħalli Malta għal Ruma biex nhar it-Tnejn li ġej, Solennità tal-Appostli San Pietru u San Pawl, jirċievi l-pallium mingħand il-Papa Franġisku. Il-pallium ser jingħata privatament lill-Arċisqof flimkien ma’ Arċisqfijiet oħra minn madwar id-dinja, qabel Quddiesa kkonċelebrata mmexxija mill-Papa Franġisku, fil-Bażilika ta’ San Pietru, fil-Vatikan. Il-pallium jintlibes mill-Arċisqfijiet bħala simbolu tal-komunjoni tagħhom mas-Suċċessur ta’ San Pietru fit-tmexxija tal-Poplu ta’ Alla…