27 years since the death of Mother Teresa
05/09/2024Bħal-lum 27 sena ilu, fil-5 ta’ Settembru tal-1997, kienet mietet Mother Tereża ta’ Kalkutta. Hija kellha 87 sena. Isimha proprju kien Anjezë (Inez) Gonxhe Bojaxhiu u fl-1931, hekk kif ħadet l-ewwel voti tagħha, sar jisimha Suor Marija Tereża tal-Bambin Ġesù.
F’Settembru tal-1946 Suor Tereża saritilha t-tieni sejħa u flok baqgħet għalliema spiċċat biex ħalliet kollox u minflok tiddedika ruħha mal-ifqar fost il-fqar.
Fl-1979 Mother Tereza ingħatat il-Premju Nobel tal-Paċi… Read more »