New Parish Priest for Tal-Ibraġ Parish
13/01/2016-
-
L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Mario Tong bħala Kappillan tal-Parroċċa tal-Immakulata Omm il-Knisja, l-Ibraġ.
Dun Mario Tong twieled fid-29 ta’ April 1953, u ġie ordnat saċerdot fid-19 ta’ Ġunju 1977. L-ewwel ħidma pastorali tiegħu kienet fid-Djoċesi ta’ Ġibiltà. F’Mejju 1978 ġie maħtur Kappillan ta’ St Joseph the Worker Parish. Lura Malta, f’Settembru 1980, serva bħala Viċi-Kappillan fil-Parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar, u f’Ġunju 1981 ġie nominat Kappillan ta’ Marsaxlokk. F’Mejju 1990 beda jagħti servizz pastorali fid-Djoċesi ta’ Rockville Centre, New York…
-