Conclusions from the ‘Live-In’ for Parish Priests
17/01/2016-
Matul dawn il-ġranet tal-live-in, li sar bejn it-Tlieta 12 ta’ Jannar u l-Hamis 14 ta’ Jannar 2016, aħna, il-Kappillani ta’ Malta u Għawdex, ħassejna l-bżonn li nesploraw aħjar min huma dawk il-persuni li jinsabu fil-periferija eżistenzjali. B’din il-periferija ma nifhmux biss dawk li ma jersqux lejn il-Knisja, iżda wkoll dawk il-persuni li għalkemm jistgħu jkunu viċin
tal-Knisja u jagħtu sehemhom fil-parroċċa, għadhom ma waslux biex jagħmlu l-għażla konxja tad-dixxipulat…