1,458 Church marriages in 2015
22/01/2016-
In-numru ta’ żwiġijiet fil-Knisja li ġew irreġistrati fl-Arċidjoċesi ta’ Malta fis-sena 2015 kien ta’ 1,458, żieda fuq in-numru ta’ żwiġijiet irreġistrati fl-2014.
Mit-total ta’ żwiġijiet rreġistrati fl-2015, 1,248 żwieġ kienu bejn Maltin. Kien hemm ukoll 71 żwieġ bejn Maltin u barranin. Dawn kienu mqassmin hekk: 44 żwieġ bejn Kattoliċi Maltin u Kattoliċi barranin; 22 żwieġ bejn Kattoliċi Maltin u Insara mhux Kattoliċi barranin; 5 żwiġijiet ta’ Maltin ma’ barranin li mhumiex Insara…