Opening of the Door of Mercy at the Oratory adjacent to the Basilica in Senglea
11/01/2016-
- Nhar is-Sibt 9 ta’ Jannar 2016, fis-6:00 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna fetaħ il-Bieb tal-Ħniena fl-Oratorju tal-Kurċifiss (fejn hemm meqjuma x-xbieha devota ta’ Ġesù Redentur) mal-Bażilika ta’ Marija Bambina, l-Isla. Iċ-ċelebrazzjoni bdiet fil-Bażilika b’purċissjoni lejn l-Oratorju tal-Kurċifiss. Hemmhekk, l-Arċisqof fetaħ il-Bieb tal-Ħniena u wara li l-ġemgħa għaddiet mill-Bieb, ġiet ċċelebrata l-Quddiesa fil-Bażilika. Iċ-ċelebrazzjoni għalqet b’tislima lil Marija Bambina, bis-Salve Regina.
Dan huwa t-tielet u l-aħħar Bieb tal-Ħniena li infetaħ fl-Arċidjocesi ta’ Malta, wara dak tal-Katidral tal-Imdina u tas-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa…