Lenten Season during the Year of Mercy
09/02/2016- L‑Erbgħa 10 ta’ Frar 2016, il‑Knisja tagħti bidu għar‑Randan Imqaddes: erbgħin jum ta’ talb u penitenza bi tħejjija għaċ‑ċelebrazzjoni tal‑Passjoni, il‑Mewt u l‑Qawmien mill‑mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu. Għal din l‑okkażjoni, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fil‑Kappella tal‑Kunvent tas‑Sorijiet tal‑Karità, Ħal Tarxien. Il‑Quddiesa tibda fid‑9:00 a.m., u ser tixxandar ‘live’ fuq TVM2. Matul dan ir‑Randan, il‑Knisja tħeġġeġ lill‑membri tagħha biex jaqraw il‑Kelma ta’ Alla, jieħdu sehem fis‑sagramenti, u jattendu l‑Eżerċizzi Spiritwali…