The Presentation of the book ‘Kelma ta’ Ħabib’
05/07/2016- It-Tlieta, 5 ta’ Lulju 2016, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana, ġie ppreżentat uffiċjalment il-ktieb tal-Arċisqof Charles J. Scicluna, ‘Kelma ta’ Ħabib’. Il-ktieb jinkludi l-messaġġi u l-omeliji ta’ Mons. Scicluna, mill-bidu tal-ħatra tiegħu bħala Amministratur Appostoliku fit-18 ta’ Novembru 2014, sal-festa liturġika ta’ Kristu Re fit-22 ta’ Novembru 2015. Il-ktieb jinkludi wkoll numru ta’ QR (Quick Response) codes, fejn bl-użu tal-ismartphone l-qarrej ikun jista’ jiskanja l-barcode, li jieħdu direttament għall-filmat tal-omelija fuq il-Youtube Channel tal-Knisja f’Malta…