Brother Edward: “I believe that everything we do is a vocation”
Nostalgia, dreams, and challenges from the perspective of a centenary
13/08/2024Żabbari imma mal-Furjana. Mal-Arsenal, imma fl-iskola mar-Reds, ma’ La Vallette. Lasalljan, edukatur olistiku li dejjem ħares il-moħħ, il-qalb u r-ruħ ta’ eluf ta’ studenti. Kien hemm żmien li kien jitlob lil Alla li l-aħħar nifsijiet tiegħu jkunu fil-klassi mal-istudenti imma mbagħad bidel it-talba għax għaraf li kieku se jagħti qatgħa u battikata lill-għalliema! Ċentinarju.
Jiem biss qabel jagħlaq 100 sena Newsbook Malta ltaqa’ ma’ Br Edward Galea biex jiskopri aktar dwar minn fejn kienet ġiet is-sejħa tiegħu, u l-mument li fih ħarab lin-Nażisti u l-isfidi li qed jaffaċċjaw l-istudenti llum il-ġurnata fid-dawl tal-fatt li hu għadu attiv fil-Kulleġġ De la Salle… Read more »