“We need to work for the dignity of every life situation” – The Archbishop
The Archbishop inaugurates and blesses a therapeutic pool at Id-Dar tal-Providenza
05/11/2016- Il-Ġimgħa 4 ta’ Novembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna bierek u inawgura pixxina terapewtika fid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi. Diskors tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
-
Id-Dar tal-Providenza
4 ta’ Novembru 2016Il-Kelma Aqua terapija li smajna kemm il-darba llejla, ġagħlitni naħseb kemm huwa kunċett profond u għaziz għal kultura tagħna, il-kultura nisranija, anke għaliex aħna nafu l-bidu tal-ħajja nisranija tagħna f’esperjenza ta’ aqua terapija, għaliex il-Magħmudija li hija l-immersjoni fl-ilma u li tnaddafna minn dnubietna u mid-dnub tan-nisel; terapija profonda li l-Mulej bħala sinjal tagħha għażel propju l-immersjoni fl-ilma għax baptizo tfisser immersion. Aħna kultant inroxxu bl-ilma imma rridu propju nfissru li inti tidħol fl-ilma, tgħum fl-ilma biex inti jkollok l-ikbar terapija.
Il-kultura tagħna hija wkoll kultura ta’ gżira li tgħum fl-ilma, Malta hija wkoll fiżjoloġikament sponża, għaliex il-ġebla tagħna hija poruża, sponża fil-Mediterran…